Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittajjar barra l-mini ta’ Santa Venera

Taljan ta’ 49 sena residenti Marsaskala kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed isur mutur.

Is-sewwieq tal-mutur, li l-kundizzjoni tiegħu għad mhix magħrufa, intlaqat barra l-mini ta’ Santa Venera, fi Triq Reġjonali, f’inċident li seħħ għall-ħabta tad-disgħa tal-Ġimgħa filgħaxija.

L-impatt seħħ bejn vettura tat-tip Volvo, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Ħal Qormi u li ma weġġax, u l-mutur tat-tip Yamaha misjuq mit-Taljan.