Futbol Sport

Bidu feliċi għal PSG fil-Ligue 1

(Ritratt: EPA)

Gowl ta’ Neymar wara għaxar minuti witta t-triq hekk kif iċ-champions Franċiżi Paris Saint-Germain fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-0 fuq Caen f’Parc des Princes. Il-Brażiljan fetaħ l-iskor wara li ħa vantaġġ minn żball tal-gowlkiper ta’ Caen Brice Samba.

Adrien Rabiot għamilhom 2-0 fil-35 minuta meta kompla għal ġewwa wara li Angel Di Maria qassam minkejja li kien f’pożizzjoni tajba. Is-sostitut Timothy Weah ssiġilla r-rebħa fid-89 minuta meta ħa vantaġġ minn żball ieħor ta’ Samba fl-aħħar minuta.

PSG kienu mingħajr il-plejers rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja nkluż Kylian Mbappe, f’dik li kienet l-ewwel logħba fil-kampjonat tal-kowċ Thomas Tuchel fit-tmexxija ta’ PSG. Il-gowlkiper Taljan Gianluigi Buffon għamel id-debutt fil-Ligue 1.