Lokali

Issa tista’ terġa’ tmur tgħum is-Sirens

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħabbar li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-Sirens, San Pawl il-Baħar finalment hi tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona ġie rtirat.

Dan wara li 6 ijiem ilu seħħ żbroff ta’ drenaġġ f’din iż-żona.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku hu ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.

Mhux permess għawm fiz-zona tas-Sirens