Lokali

Tfajla ttieħdet l-Isptar wara inċident bejn żewġ karozzi

Tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku f’Ħad-Dingli.

L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq ir-Rabat fejn għal xi raġuni kien hemm impatt bejn żewġ vetturi. L-inċident seħħ viċin l-iskola sekondarja li hemm fi triq sekondarja bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli.

L-impatt seħħ bejn vettura tat-tip Mitsubishi misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mis-Swieqi filwaqt li miegħu kien hemm passiġġiera ta’ 45 sena, u vettura tat-tip Volkswagen misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena minn Ħad-Dingli.

Is-sewwieqa tat-tip Volkswagen ittieħdet l-Isptar Mater Dei. S’issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Waħda mill-karreġjata nżammet magħluqa għal xi siegħa u nofs. Fuq il-post marru l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u mit-Taqsima tat-Traffiku biex jidderieġu t-traffiku.