Lokali

Malta mhux se tilqa’ l-aħħar immigranti salvati mill-MV Aquarius qrib il-kosta Libjana

Fi stqarrija l-Gvern ħabbar li l-aħħar salvataġġ li wettaq il-bastiment MV Aquarius ma jaqax taħt il-kompetenza ta’ Malta. Dan hekk kif saret talba mit-tmexxija tal-bastiment sabiex jitħalla jidħol fil-Port Malti.

Madanakollu l-Gvern ċaħad din it-talba hekk kif spjega li mhux legalment obbligat li jħalli l-bastiment jidħol hekk kif Malta ma kinetx l-awtorità kompetenti jew dik li kienet qed tikoordina l-operazzjoni ta’ salvataġġ. Dan ifisser li m’għandha l-ebda obbligu li tipprovdi post għas-sigurtà tal-persuni abbord.

Dan hekk kif is-salvataġġ sar qrib il-kosta Libjana, jiġifieri l-eqreb portijiet kienu dawk tal-Libja, Tuneżija, u Lampedusa – bl-operazzjoni kienet ikkoordinata mill-Awtoritajiet Libjana.

Il-Gvern Malti insista li qiegħed josserva s-sitwazzjoni bir-reqqa u jinsab f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet ikkonċernati.

Sadanittant, il-Malta search and rescue tul il-ġurnata tal-lum salvaw mal-114 immigrant li kienu jinsabu fuq biċċa tal-baħar bejn sema w ilma.