Futbol Sport

Milan ikomplu jsaħħu l-iskwadra b’żewġ akkwisti oħra

Milan ħabbru żewġ akkwisti biex ikomplu jsaħħu t-tim ta’ Gennaro Gattuso. Wara li saru l-eżamijiet mediċi lbieraħ iffirma Tiemoue Bakayoko. Il-midfielders Franċiż ingħaqad mingħand Chelsea għal €5 miljuni b’self u €35 miljun jekk Milan jixtru l-plejer għal kollox.

Iżda minbarra Bakayoko, Milan prattikament għalqu l-akkwist ta’ plejer ieħor. Samu Castillejo se jingħaqad mar-Rossoneri bħala alternattiva ta’ Suso u Calhanoglu. Milan mistennija jikkuntentaw dak li riedu Villarreal li jqisu lil Castillejo b’valur ta’ €25 miljun. Hu se jingħaqad bil-formula ta’ self u obbligu li l-plejer jinxtara fi tmiem l-istaġun.

Is-seba’ miljun ewro l-oħra hu l-valutazzjoni għal Carlos Bacca li se jingħaqad ma’ Villarreal b’mod permanenti, b’Milan se jkunu qed inaqqsu s-salarju ta’ €4 miljuni li Bacca kellu mal-klabb. Milan sa issa akkwistaw ukoll lil Pepe Reina, Alen Halilovic, Ivan Strinic, Gonzalo Higuain u Mattia Caldara.