Futbol Sport

Pospost il-ftuħ tal-grawnd ta’ Tottenham Hotspur

Tottenham Hotspur ipposponew il-ftuħ tal-grawnd il-ġdid tagħhom wara li sabu problemi relatati mas-sistema ta’ sigurtà. Il-ħsieb kien li l-ftuħ isir fil-ħin qabel il-partita kontra Liverpool fil-15 ta’ Settembru.

B’hekk it-tim minn Londra kkomunika li ż-żewġ logħbiet li jmiss li Tottenham għandhom jilagħbu f’darhom kontra Liverpool u ta’ warajha kontra Cardiff fis-6 ta’ Ottubru, se jsiru f’Wembley, l-istess bħal partita tal-NFL li kienet skedata li ssir fl-14 ta’ Ottubru.

Hu mifhum li d-debutt tal-istaġun il-ġdid ta’ Tottenham li sewa madwar €900 miljun u għandu kapaċità ta’ 62,000 spettatur, mistenni jsir kontra Manchester City fit-28 ta’ Ottubru.