Lokali

FILMAT: Jidħol f’uffiċċju fil-Fgura u jisraq laptop

Filmati minn kameras tas-sigurtà qabdu raġel waqt li jidħol f’uffiċċju ta’ kumpanija tal-proprjetà, minn fejn seraq laptop.

Is-serqa saret il-Ġimgħa li għadda, meta r-raġel jidher dieħel inkiss inkiss fl-uffiċċju li jinsab fi Triq Hompesch, il-Fgura, f’mument fejn inzerta ma’ kien hemm ħadd mill-impjegati.

Malli assigura ruħu li ma kien qed jarah ħadd, ir-raġel joqrob lejn skrivanija, jaqla’ l-laptop minn maċ-charger u jitlaq ‘il barra bih. Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija, bis-sidien tal-kumpanija li qed jitolbu l-assistenza tal-pubbliku biex jiġi identifikat il-ħalliel.

Min għandu xi informazzjoni jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija fuq 2122 4001 inkella billi jgħaddi l-informazzjoni lil dan is-sit. Il-kunfidenzjalità tas-sorsi tagħna hi garantita.