Futbol Sport

Napoli jilħqu ftehim ma’ Arsenal għal David Ospina

Jumejn mit-tmiem tas-suq tat-trasferimenti fl-Italja, Napoli sabu dak li probabbli se jkun il-gowlkiper titolari l-istaġun li ġej. Huma laħqu ftehim ma’ Arsenal biex jakkwistaw lil David Ospina b’self bid-dritt li jixtru l-plejer fi tmiem l-istaġun.

Il-Kolombjan mistenni jasal Ruma llum fejn jagħmel l-eżami mediku u jiffirma l-kuntratt. B’hekk Napoli kkonvinċew lill-klabb Ingliż dwar il-formula tat-trasferiment hekk kif Arsenal xtaqu trasferiment permanenti minflok id-dritt ta’ bejgħ.

Opsina lagħab 1 darba għal Arsenal l-istaġun li għadda, iżda ħames logħbiet biss minnhom kienu fil-Premier League. Bil-wasla ta’ Bernd Leno mingħand Bayer Leverkusen u Petr Cech bħala gowlkipers, l-ispazju ta’ Ospina naqas konsiderevolment.

Il-gowlkiper hu regolari mat-tim nazzjonali tal-Kolombja fejn lagħab fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja għal total ta’ 90 logħba.