Sport Sport Ieħor

Roger Federer javvanza għat-tieni rawnd tal-Masters ta’ Cincinnati

(Ritratt: EPA)

Roger Federer beda l-preparazzzjoni għall-Open tal-Istati Uniti b’rebħa ta’ 6-4, 6-4 kontra Peter Gojowczyk fl-ewwel dehra tiegħu fil-Masters ta’ Cincinnati fl-2015.

L-għoxrin darba rebbieħ ta’ Grand Slam li għalaq 37 sena l-ġimgħa l-oħra, qed jagħżel liema tournaments jilgħab fihom biex jaqbeż dawk li jħoss li għandu bżonn mistrieħ. Hu tilef l-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-tournament minħabba li kien imweġġa’.

Ir-rebħa ta’ Federer kontra l-Ġermaniż sid numru 47 ħadet 72 minuta, u mmarkat l-ewwel pass ta’ Federer biex jipprova jirbaħ dan it-tournament għat-tmien darba.

“Ħassejtni tajjeb fl-ewwel logħba biex inkun onest. Naħseb li kont naf dak li kelli nagħmel. Kont naf li l-avversarju kien preparat u jmur b’saħħtu fuq il-ballun. Hu sabiħ li tilgħab logħba biex l-aħħar logħba ma tkunx il-logħba kontra Anderson, speċi li dawwart il-paġna. Hi ħaġa tajba. Il-mira hi li nirkupra minn din il-logħba u nieħu l-pożittiv miegħi.  Ovvjament il-mira l-kbira hi l-Open tal-Istati Uniti.

Din il-logħba kienet l-ewwel waħda għall-Iżvizzeru minn meta tilef kontra Kevin Anderson f’ħames sets fil-kwarti tal-finali ta’ Wimbledon fil-11 ta’ Lulju. Is-sid numru tmienja Dominic Tiem kien sfurzat li jirtira mingħajr ma jmiss balun hekk kif qed isofri minn virus.

Tags