Lokali

AĠĠORNATA: Anzjan Ġermaniż jitlef ħajtu wara li jsib ruħu f’diffikultà fil-Bajja tad-Dwejra

Ritratt: Noel Formosa

Anzjan Ġermaniż, ta’ 68 sena, tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-Bajja tad-Dwejra, f’Għawdex.

Jirriżulta li, għall-ħabta tal-5pm, l-anzjan kien qed jgħum u għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà.

Persuni fil-post sejħu tim mediku biex jgħinu lill-anzjan.

Madankollu, is-sehem immedjat tal-paramediċi kien għalxejn għax il-Ġermaniż kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Għaldaqstant, issejħet il-Hearse tal-Pulizija biex il-katavru tal-anzjan jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn mistennija ssir l-awtopsja fuqu fis-sigħat li ġejjin.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.