Lokali

Kollezzjoni ta’ 20,000 lapes

Madwar 20,000 lapes f’dar waħda … passjoni li bdiet 30 sena ilu minn sett ta’ 6 lapsijiet li ma riditx tużahom għax fi kliemha ‘kienu wisq sbieħ’.

B’passjoni sħiħa, Helga Catania spjegatilna kif beda dan id-delizzju tagħha.

“Mort għand tal-ħanut biex nixtri xi lapsijiet u meta urini l-lapsijiet u qalli biex ngħażel irrealizzajt li hemm ħafna differenti u filfatt tkun kollezzjoni sabiħa,” saħqet Helga filwaqt li żiedet tgħid, “B’hekk, bdejt b’dawk l-ewwel sitt lapsijiet ħafna żmien ilu.”

Helga qaltilna li tkun fejn tkun, dejjem tfittex lapsijiet differenti. Saħansitra, f’safra waħda riċenti niżżlet magħha lura Malta 160 lapes.

Il-lapsijiet qiegħdin kollha ġo vetrina u huma ta’ kull daqs u forma, minn madwar 40 pajjiżi,  bl-iktar wieħed antik huwa tal-1937. Il-maġġoranza tagħhom huma tal-cartoons u diversi ħbieb tagħha jiddeċiedu li jgħatuha xi lapes bħala rigal.

Minkejja li barra minn Malta hawn ħafna nies li jġemmaw il-lapsijiet, Helga għadha ma taf b’ħadd li jġemmahom.

Madanakollu, taf li barra minn Malta hawn ħafna kollezzjonisti. “Jekk ikun hemm xi wieħed [lapes] rari għax hu antik, jew ma tantx hawn bħalu ikun hemm daqsxejn ta’ bidding war,” qalet Helga filwaqt li kompliet tgħid, “B’hekk kulħadd jipprova jżied daqsxejn fil-prezz. Sfortunatament, meta jitla’ essaġerat, għalkemm inkun nixtieq nixtri kollox, dan ma jkunx possibli.”

L-ikbar kollezzjoni ta’ lapsijiet fid-dinja s’issa huma ta’ raġel mill-Indja, li fl-2015 Guinness World Records raw li kellu total ta’ 19,824 lapsijiet.

Ritratti: Martin Aguis