Lokali

Anzjan iweġġa’ f’inċident waqt li kien qed isuq mutur f’Ħal Kirkop

Anzjan ta’ 77 sena residenti Ħal Kirkop weġġa’ f’inċident waqt li kien qed isuq mutur tat-Tip Yamaha 80 fi Triq l-Industrija, Ħal Kirkop stess.

L-inċident seħħ fig-09:30 meta seħħ impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Ractis misjuqa minn mara ta’ 38 sena, hi wkoll residenti Ħal Kirkop.

Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura. Hu nstab li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.