Lokali

ATTENT: Maltin qed iċemplu jitolbu għal dettalji tal-bank

Numru ta’ nies qed jirrappurtaw li Maltin qegħdin iċemplu taparsi huma minn bank lokali, u jippruvaw jispjegaw li hemm xi ħaġa ħażina fil-credit card.

Skont dawn in-nies li esperjenzaw dawn it-telefonati, il-persuni li qed iċemplu qed jistaqsu għan-numru tal-credit card, id-data li tiskadi, u kif ukoll is-security number li jinsab fuq wara tal-card, magħruf bħala CVV. B’din l-informazzjoni biss, flimkien mal-isem tal-propjetarju tal-card, wieħed ikun kapaċi jiffroda u jisraq mill-kont tal-credit card.