Futbol Sport

Real Madrid jirrappurtaw lil Inter lill-FIFA dwar il-każ ta’ Modric

Il-klabb Spanjol, Real Madrid, għamlu rapport lill-FIFA fejn allegaw li Inter avviċinaw illegalment lill-plejer, Luca Modric, bil-għan li hu jingħaqad mal-klabb tas-Serie A.

Modric, li għandu 32 sena, hu l-captain tal-Kroazja li, ix-xahar li għada, tilfu l-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra Franza u fejn intgħażel bħala l-plejer tat-tournament.

Il-President ta’ Real Madrid, Florentino Perez, jiem ilu, qal li Modric jista’ iħalli lil Real biss f’każ li klabb ikun lest biex iħallas 750 miljun ewro biex jattiva r-release clause tal-kuntratt.