Lokali

Tliet karozzi u faċċati ta’ proprjetajiet bi ħsara f’nar f’Ħal Qormi

Nar li beda minn karozza tat-tip BMW fi Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, infirex għal żewġ vetturi oħra u saħansitra ħakem faċċati ta’ residenzi li kienu biswithom.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-01:40, u fil-post intalbet l-assistenza kemm tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Pulizija mid-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit.

Apparti l-BMW li nqerdet kompletament, saret ħsara konsiderevoli fil-vetturi l-oħra tat-tip Toyota Paz u Hyundai Accent, iżda fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.