Futbol Sport

Birkirkara qrib li jakkwistaw lil Myles Beerman b’self

Teżisti possibbiltà li ż-żagħżugħ Malti Myles Beerman jirritorna jilgħab Malta hekk kif il-paġna ta’ Replay fuq facebook żvelat li Birkirkara jinsabu fl-aħħar fażi li jikkonkludu t-trasferiment b’self tal-internazzjonali Malti.

Beerman li għad għandu 19-il sena kien jilgħab fin-nursery ta’ Floriana iżda għadu qatt ma lagħab fil-Kampjonat BOV Premier. Hu kien ingħaqad fl-akkademja ta’ Manchester City meta kellu 15-il sena u dam magħhom sentejn.

Fl-2016 Beerman ingħaqad ma’ Rangers fejn saħansitra lagħab seba’ logħbiet mal-ewwel tim fil-Kampjonat Skoċċiż. L-istaġun li għadda hu ntbagħat b’self ma’ Queen of South.