Il-Gvern wera li ma kkonsultax mal-imsieħba soċjali kollha dwar l-Avviż Legali b’emendi għal-leavetal-ħaddiema tant li spiċċa biex kellu jirtiraha wara biss ftit ġranet li introduċieha. B’din in-nuqqas ta’ diskussjoni serja l-Gvern wera li ma jemminx fid-djalogu soċjali biex jitfasslu proposti konkreti u sostenibbli maqbula bejn ir-rappreżentanti ta’ min jaħdem u ta’ min iħaddem.
Qal dan il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Djalogu Soċjali, l-Volontarjat u s-Socjetà Ċivili u l-Kuntatt man-nies Herman Schiavone, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali Karl Gouder u mill-Kelliem dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni Kristy Debono.
Il-Partit Nazzjonalista qal li minflok, il-Gvern spiċċa biex kellu jirtira l-Avviż Legali dwar it-tibdil fil-leavetal-ħaddiema wara li l-Malta Chamber of Commerce, l-MEA, l-GRTU u l-MHRA kienu lesti li jibbojkotjaw il-laqgħat fl-Employment Relations Board sakemm is-sitwazzjoni titranġa. Din is-sitwazzjoni turi li l-Gvern m’għandux pjan fit-tul dwar tibdil fir-relazzjonijiet industrijali.
Filwaqt li huwa favur l-introduzzjoni ta’ miżuri li jwasslu għal titjib fil-leaveu kundizzjonijiet oħra tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, il-Partit Nazzjonalista jemmen li kull miżura proposta għandha tkun parti minn pjan fit-tul sabiex ikunu verament sostenibbli. Għalhekk il-Gvern għandu minnfih jidħol f’diskussjoni serja mal-imsieħba soċjali kollha.
//= $special ?>