Futbol Sport

Titħabbar il-mewt ta’ Anthony Coleiro

Coleiro ta kontribut lill-isport speċjalment lill-futbol bħala masseur

Illum tħabbret il-mewt ta’ Anthony Coleiro, persuna li ta kontribut kbir lill-futbol Malti. Coleiro magħruf aħjar bħala “Toni l-masseur”, serva ta’ masseur għal diversi snin ma’ numru ta’ klabbs.

L-għarfien kbir li kellu fit-terapija tal-isport wassal biex Coleiro kien rinomat speċjalment fil-futbol. Hu kien masseur ta’ Luqa St. Andrews, Hibernians, Ħamrun Spartans kif ukoll Floriana u Valletta. Coleiro kien ukoll dam żmien twil bħala masseur tal-MFA u mat-tim nazzjonali Malti.

L-aħħar klabb li kien miegħu bħala masseur kien Valletta fejn magħhom għamel żmien twil taħt il-Presidenza ta’ Joe Caruana Curran u Charles Camilleri. Sa ftit snin ilu, Toni Coleiro kien għadu jiftaħ il-klinika tiegħu.