Internazzjonali

Ifittxu fil-proprjetà tal-eks President tal-Arġentina waqt investigazzjonijiet dwar il-korruzzjoni

Il-pulizija fl-Arġentina fl-aħħar sigħat kienet qed tfittex qalb il-proprjetà tal-eks President Cristina Fernandez de Kirchner, bħala parti minn investigazzjoni dwar il-korruzzjoni.

Il-qawwiet tal-liġi użaw il-klieb imħarrġa waqt rejds li saru fuq żewġ residenzi f’Patagonja u appartament fi Buenos Aires u fejn kellhom ukoll appoġġ mingħand xjenzati forensiċi.

L-azzjonijiet saru wara li Imħallef kien talab it-tneħħija parzjali tal-immunità ta’ Fernandez Kirchner bħala eks-President tal-Arġentina u minkejja li hi qed tiċħad li għamlet xi ħaġa ħażina.

Intant, qegħdin ikomplu l-investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-konfront ta’ Fernandez Kirchner fi żmienha bħala President.