Lokali

FILMAT: Inawgurat Każin tal-Banda ġdid ta’ San Girgor f’Tas-Sliema

It-Tnejn filgħaxija se jkun inawgurat b’mod uffiċjali l-każin ġdid tal-banda ta’ San Girgor f’Tas-Sliema.

Għal dan il-jum se jkun hemm programm mużikali bandistiku b’filmat storiku dwar l-istorja u l-iżvilupp tas-soċjetà, kif jgħidilna aħjar is-Segretarju tal-istess każin, Gregory Sammut.

L-għaqda ilha li twaqqfet 31 sena. Il-każin huwa kkaratterizzat minn arketittura mill-isbaħ filwaqt li f’dawn l-aħħar xhur sar xogħol kontinwu biex is-sala tal-każin tkun lesta għal żmien il-festa tal-istess lokalità.

Is-sala tal-każin tal-banda hija waħda mill-isbaħ kmamar fl-istess binja, fejn fost l-oħrajn fihom pittura tal-qaddis tagħhom San Girgor, u l-arma tal-każin fl-irħam fl-art.

Ix-xogħol, li ħa madwar 4 snin biex saret il-binja tal-każin, se jkun qed jiġi inawgurat propju ftit jiem qabel il-festa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema, fit-2 ta’ Settembru.

Preżenti għal din l-inawgrazzjoni mistennija l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.