Sport Sport Ieħor

Elia Viviani jirbaħ it-tielet stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion Taljan Elia Viviani rebaħ it-tielet stadju ta’ La Vuelta hekk kif il-Pollakk Michal Kwiatkowski żamm il-flokk l-aħmar minħabba li baqa’ fil-quċċata. Iċ-ċiklist ta’ Quick-Step Floors li għandu 29 sena għeleb lill-kompatrijott Giacomo Nizzolo u ċ-champion tad-dinja Peter Sagan fi sprint lejn il-finali tal-istadju twil 178km minn Mijas lejn Alhaurin de la Torre.

Kwiatkowski li jinsab ma’ Team Sky spiċċa qalb iċ-ċiklisti u żamm l-14-il sekonda vantaġġ fuq Alejandro Valverde ta’ Movistar. Il-Britanniku Simon Yates temm fit-12-il post. Viviani li rebaħ it-Tour ta’ Dubai ta’ din is-sena u erba’ stadji tal-Giro f’Italia din is-sena, kellu sprint tajba biex rebaħ l-1,500 stadju fl-istorja tat-tiġrija. Minn kemm ilu li ħalla lil Team Sky, hu rebaħ 15-il stadju dan l-istaġun.

Iċ-champion renjanti Chris Froome u r-rebbieħ tat-Tour de France Geraint Thomas mhux qed jieħdu sehem f’din l-edizzjoni ta’ La Vuelta.

Kif spiċċaw it-tielet stadju

1. Elia Viviani

2. Giacomo Nizzolo

3. Peter Sagan

4. Nacer Bouhanni

5. Simone Consonni

6. Danny van Poppel

7. Michael Morkov

8. Matteo Trentin

9. Ryan Gibbons

10. Tom Van Asbroeck

Klassifika Ġenerali

1. Michal Kwiatkowski  9:10.52

2. Alejandro Valverde    +0.14

3. Wilco Kelderman       +0.25

4. Laurens de Plus          +0.28

5. Ion Izagirre                  +0.30

6. Fabio Felline                +0.30

7. Emanuel Buchmann   +0.32

8. Tony Gallopin              +0.33

9. Nairo Quintana           +0.33

10. Bauke Mollema         +0.35