Internazzjonali

L-Irlanda ta’ Fuq: Nirien kbar jaħkmu lill-istabbiliment tal-Primark, f’Belfast

Il-bini storiku ta’ Belfast (fl-Irlanda ta’ Fuq) li llum qed isservi bħala stabbiliment ewlieni tal-Primark inħakmet min-nirien li qabdu fil-parti ta’ fuq tal-kumpless qabel infirxu għas-sulari ta’ isfel.

L-iskwadri għall-emerġenza wieġbu minnufih għas-sitwazzjoni, bl-istabbiliment kummerċjali jispiċċa evakwat kompletament min-nies. Jidher li ma weġġa’ ħadd, fost rapporti li l-ħaddiema ta’ Primark ħarġu kollha mill-bini ‘qawwijin u sħaħ’.

L-istabbilimenti tal-Primark — waħda mill-aktar entitajiet kummerċjali rinomati — huma magħrufin għall-ħwejjeġ u l-affarijiet tal-homeware,