Lokali Saħħa

Titnieda l-kampanja ‘Beautiful Minds’

Beautiful Minds, kampanja minn Betapsi li se tħares li jkun hemm aktar ħarsien u għarfien fuq kwalunkwe mard mentali.

L-għaqda ilha taħdem biex tkisser l-istigma li hawn f’pajjiżna u jkun hawm aktar ħarsien għall-mard mentali. Infatti Katrina qaltilna li tul l-istess tnedija saret għażla biex il-kelliema ikunu nies li ġġieldu l-battalja kontra l-istigma, anki meta kienu qed ibatu minn mard mentali, flimkien ma’ oħrajn li affrontawha ma’ persuni oħra li kienu qed ibatu mill-istess mard.

Fit-tnedija kien hemm preżenti mart il-Kap tal-PN Adrian Delia, l-avukat Nicky Vella de Fremeaux fejn tkellmet fuq l-esperjenza tagħha u kif ukoll fuq l-isfidi tal-ħajja. Hija enfassizat fuq li hemm għajnuna għal kull tip ta’ mard mentali u hemm bżonn li l-persuni jħarsu lejn kull kundizzjoni medika mil-lenti posittiva.

Vella de Fremeaux ssoktat id-diskors tagħha billi qalet li mard mentali fi stadju inizzjali qed jinstab anki f’żgħażagħ li jkunu għadhom fis-sekondarja. Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm aktar għarfien u ħarsien biex dawn ifittxu għajnuna minnufih.

Il-kampanja Beautiful Minds għandha għaddejja sa’ April li ġej.

Preżenti għall-istess tnedija kien hemm membri mir-Richmond Foundation u kif ukoll il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali Dr. John M. Cachia.