Futbol Sport

Ray Farrugia jsejjaħ l-iskwadra finali għal kontra l-Gżejjer Faroe

Branko Nisevic flimkien ma' Ray Farrugia (Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23 plejer għall-partita minn Grupp D3 tal-UEFA Nations League kontra l-Gżejjer Faroe. L-għażla finali saret wara s-sessjoni tal-bieraħ filgħaxija.

Id-difensur ta’ Floriana Clayton Failla mhux se jkun mat-tim li jħalli Malta lejn Torshavn it-Tlieta filgħodu minħabba raġunijiet familjari filwaqt li l-midfielders Jake Grech u Dunstan Vella se jingħaqdu mat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena. It-tim taħt it-tmexxija ta’ Silvio Vella qed jipprepara għall-partita kontra l-Belġju fis-7 ta’ Settembru.

Din l-għażla tfisser li l-plejer ta’ Gżira Juan Corbolan ġie msejjaħ b’mod uffiċjali mat-tim nazzjonali Malti għall-ewwel darba.

Iż-żewġ plejers Maltin li jilagħbu barra jiġifieri Andrè Schembri ta’ Apollon Limassol u Zach Muscat ta’ Pistoiese se jingħaqdu għat-taħriġ mat-tim Malti l-Ħadd li ġej.

Malta tiftaħ l-impenji tagħha l-Ġimgħa 7 ta’ Settembru fid-8.45pm f’Tórsvøllur Stadium u tlett ijiem wara Malta tilgħab kontra l-Ażerbajġan fl-Istadium Nazzjonali.

Skwadra finali

Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Hibernians), Steve Sultana (Balzan)

Difensuri: Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs), Andrei Agius (Hibernians), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Michael Johnson (Balzan), Joseph Mbong (Hibernians), Zach Muscat (Pistoiese), Joseph Zerafa (Valletta)

Midfielders: Johann Bezzina (Hibernians), Roderick Briffa (Gżira United), Juan Corbalan (Gżira United), Paul Fenech (Birkirkara), Ryan Fenech (Sliema Wanderers), Rowen Muscat (Valletta), Steve Pisani (Floriana)

Attakkanti: Andrew Cohen (Gżira United), Alfred Effiong (Balzan), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers), Michael Mifsud (Birkirkara), Andrè Schembri (Apollon Limassol)