Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic fil-kwarti tal-finali tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic għeleb lil Joao Sousa 6-3, 6-4, 6-3 biex għadda għall-kwarti tal-finali tal-Open tal-Istati Uniti fejn għandu possibbiltà li jilgħab kontra r-rivali tiegħu Roger Federer. Id-darbtejn champion kiser is-service darbtejn fl-ewwel set iżda kellu jirkupra minn break minn taħt fit-tieni set.

Is-Serb li għandu 31 sena bata fiżikament fit-tielet set u ħarġet mill-court meta ħa time-out mediku meta kien jinsab 2-1 fil-vantaġġ. Iżda hu ħa break kruċjali biex mar 5-3 minn fuq qabel ma’ għalaq il-logħba meta kellu s-service.

Ir-rebbieħ ta’ Wimbledon qatt ma tilef set kontra l-Portugiż sid numru 68 fid-dinja, li kien wasal għar-raba’ rawnd ta’ Grand Slam għall-ewwel darba. Djokovic wasal sas-semifinali tal-Open tal-Istati Uniti kull sena li kkompeta mill-2006.

Hu jiltaqa’ kontra Federer jekk l-Iżvizzeru rebbieħ 20 darba ta’ Grand Slam jegħleb lill-Awstralja John Millman. Iż-żewġ tennisti ilhom ma jilagħbu kontra xulxin fi Grand Slam mill-Open tal-Awstralja fl-2007, meta Federer rebaħ biex kien għadda mal-aħħar tmienja.

Intant il-finalist tal-2014 Kei Nishikori għadda mal-aħħar tmienja wara li għeleb lil Philipp Kohlschreiber 6-3, 6-2, 7-5. Is-sid numru 19 fid-dinja jilgħab kontra Marin Cilic jew David Goffin mal-aħħar tmienja. Rafael Nadal u Juan Martin del Potro jinsabu wkoll mal-aħħar tmienja wara li għelbu lil Nikoloz Basilashvili u Borna Coric rispettivament.

Tags