Lokali

Arrestat raġel b’rabta ma’ serq ta’ karozzi u għodod

Raġel ġie arrestat b’rabta ma’ serq ta’ karozzi u għodod minn ġewwa vetturi f’diversi lokalitajiet madwar Malta.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kien hemm ‘diversi’ minn dawn il-każijiet u bl-arrest ta’ dan ir-raġel tkisser ċirku ta’ kriminalità organizzata.

Skont il-Pulizija, dan seta’ jseħħ wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Iskwadra tal-iStolen Vehicle Squad u mill-Pulizija tad-Distrett u wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet diġà tressqu żewġ persuni oħra b’konnessjoni ma’ dan is-serq.

Issa hu mistenni li r-raġel li ġie arrestat jitressaq il-Qorti akkużat b’diversi reati. Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin.