Lokali Qorti

Tkompli l-Kawża Kostituzzjonali biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jingħata l-inkjesta sħiħa ta’ Egrant

Adrian Delia qed jinsisti li l-Avukat Ġenerali għandu jgħaddilu l-kopja sħiħa tal-inkjesta

Fil-Qorti dalgħodu qed tkompli l-Kawża Kostituzzjonali li fetaħ Adrian Delia sabiex jingħata l-kopja sħiħa tal-inkjesta li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija sigrieta Egrant – liema kopja ilha ġimgħat għand il-Prim Ministru.

Il-kawża infetħet wara li l-Avukat Ġenerali baqa’ jirrifjuta li jgħaddi l-inkjesta sħiħa lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-kawża qed tinstema’ quddiem l-Imħallef Robert Mangion.

Fuq Twitter, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li kien sejjer il-Qorti peress li l-Avukat Ġenerali għadu qed jagħżel li jikser il-Kostituzzjoni biex jiffavorixxi lill-Partit fil-Gvern. “Din hija ġlieda għal-libertà tal-espressjoni,” qal Adrian Delia f’post fuq Twitter.