Lokali

“Tbikkimt… ma kellix kliem” – il-mara li sabet lit-tarbija abbandunata

Mara li toqgħod fil-post fejn instabet tarbija abbandunata, irrakkuntat lil NET News dak li ħasset meta fil-parapett rat lill-“povra kreatura”.

Josette Faenza qalet lil NET News li kienu l-ġirien tal-istess blokka li marru jħabbtulha biex jinfurmawha bis-sejba u malli niżlet isfel baqgħet ixxukjata b’dak li rat.

“Qabditni rogħda kbira u anke nibki bdet, għax x’ħin rajtha lanqas kliem ma kelli,” qaltilna Josette. Hi żiedet li t-tarbija ma kinitx ilha hemm u minnufih ċemplu lill-Pulizija.

Tarbija tat-twelid tinstab abbandunata bil-kurdun b’kollox