Lokali Qorti

Cmelik mill-ġdid il-Qorti; tkompli l-kumpilazzjoni fil-każ tal-qtil ta’ Hugo Chetcuti

Ritratt: Martin Agius
Fis-seduta tal-31 ta' Lulju kien intqal illi diġa' hemm evidenza biżejjed biex l-akkużat jgħaddi ġuri

Fil-Qorti illum komplew jinstemgħu dettalji xokkanti relatati mal-assassinju tal-imprenditur Hugo Chetcuti hekk kif dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni. Fost ix-xiehda, kien hemm it-tobba li intervjenew biex isalvaw il-ħajja ta’ Chetcuti.

Fl-awla isegwi din it-testimonjanza kien hemm l-akkużat Bojan Cmelik.

It-tobba spjegaw il-ħsarat li għamlu lill-organi tal-ġisem iż-żewġ daqqiet li qala’ Chetcuti f’Paceville. Fost it-testimonjanzi kien hemm ukoll uffiċjali tal-Pulizija li ddeskrivew kif ħu l-vittma beda jgħajjat malli ra lil Cmelik jagredixxi lil Hugo. L-akkużat ħarab jiġri, u Hugo, waqt li beda jżomm l-istonku tiegħu qal lil ħuh, “Aqbdu aqbdu.” L-uffiċjal tas-sigurtà ta’ Hugo Chetcuti telaq mal-ewwel jiġri wara Cmelik.

Il-każ kien seħħ fil-lejl tas-6 ta’ Lulju.

Il-kumpilazzjoni se tkompli tinstema’ fis-26 ta’ Settembru li ġej.

L-Ispettur Nikolai Sant qed imexxi l-Prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukati Ismael Psaila u Marc Sant qed imexxu d-defiża. L-avukat Joe Giglio qed jidher parte civile.