Lokali

Imut Patrick Miller – l-ewwel Operations Manager ta’ Radio 101

Tħabbret il-mewt ta’ Patrick Miller, eks kollega ta’ Media.Link communications, fl-eta ta’ 72 sena. Patrick Miller kien l-ewwel ‘Operations Manager’ ta’ Radio 101, illum Net FM.  Hu kien strumentali biex Radio 101 stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-istazzjonijiet tar-radju ewlenin fl-1991 wara l-bidliet fil-liġijiet li daħħlu l-pluraliżmu fix-xandir.

Hu baqa’ jżomm karigi maniġerjali u ta kontribut fit-tmexxija tal-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista sa meta irtira fl-2008.

Patrick Miller kien supporter kbir tan-Neptunes, li ftit tal-jiem ilu rebħu l-kampjonat tal-Waterpolo.

Net News isellem il-memorja ta’ Patrick Miller u joffri l-kondoljanzi lill-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli.