Lokali Parlament

FILMAT: Imirħu lil hinn minn dak li hu konvenzjonali – Adrian Delia

Ritratt: Matthew Tabone
Il-Kap tal-PN jindirizza l-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ

“Tiddejjqux taħsbu differenti mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabilkom. Intom ħielsa li tinfurmaw irwieħkom u tibnu l-opinjonijiet tagħkom.” Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, f’indirizz lill-ewwel sessjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ għaż-żgħażagħ bejn it-13 u 18-il sena. Din kienet organizzata mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ matul l-għodwa tal-Erbgħa ġewwa l-binja tal-Parlament.

Adrian Delia ħeġġeġ liż-żgħażagħ iħarsu lejn l-evoluzzjoni tal-pajjiż u jimirħu lil hinn mill-parametri tal-konvenzjonalità. Hawn semma it-tniġġis tal-ambjent u ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex iwasslu lill-pajjiż isir l-ewwel pajjiż fid-dinja li jgħaddi mingħajr karrozzi li jniġġsu. B’hekk għandna nħarsu lejn medded sħaħ ta’ art li fihom niġġeneraw karrozzi hybrid jew elettriċi flok nibnu aktar pompi tal-petrol.

Huma imperattiv li jkollna l-kuraġġ nibnu b’tali mod li ġenerazzjonijiet futuri ta’ 400 sena oħra japprezzaw ħidmet din il-ġenerazzjoni u jirrikkonoxxu l-bini bħala biċċa xogħol kbira tal-arti, temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.