Lokali

Żewġt irġiel isofru ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 60 sena minn Ħal Qormi u żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Belt Valletta kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa, meta għal xi raġuni seħħet ħabta frontali bejn vettura tat-tip Leyland DAF misjuqa mill-Qormi, u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa miż-żagħżugħ Belti.

Fuq il-post ġew msejħa immedjatament membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu liż-żagħżugħ mill-vettura hekk kif nqabad fiha kawża tal-impatt.

Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġew iċċertifikati li ġarbu ġrieħi gravi.

Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.