Ambjent Lokali

Attività favur ambjent aktar sahan u nadif

Hemm bżonn aktar dixxipplina mill-poplu Malti fejn tidħol l-indafa f’pajjiżna

Is-Sibt 22 ta’ Settembru bejn it-8:00 hrs – 13:00 hrs id-deputat Robert Cutajar flimkien ma’ numru ta’ entitajiet u għaqdiet volontarji ser ikunu qed jorganizzaw attivita mmirata biex ikompli jikber dejjem aktar għarfien u l-edukazzjoni dwar l-importanza li nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna. Attività ta’ clean up u tħawwil ta’ siġar li ser issir f’diversi zoni madwar il-loklaitajiet tat-12- il distrett li jinkludu l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar.

Din l-informazzjoni ingħatat fi stqarrija għall-istampa li ħareġ l-istess deputat.

Robert Cutajar stqarr li lill hinn mill-attivitajiet soċjali li s-soltu jorganizza għall-kostitwenti tad-distrett permezz din l-attività, b’mod differenti, ried li jagħmel attività differenti li permezz tagħha jintbagħat messaġġ b’saħħtu favur l-ambjent. Hemm li l-poplu Malti nkomplu nfhemuh il-valur tal-ambjent ta’ madwarna, kemm hu mportanti li nibżgħu għall-ambjent kif ukoll dwar l-obbligu tagħna li nħallu l-ambjent ta’ madwarna aħjar milli sibnieh.Il-ġenerazzjonijiet futuri ser ikunu qed jiġġudikaw lilna l-ġenerazzjonijiet preżenti dwar id-deċiżjonijiet li qed nieħdu llum li l-prezz tagħhom tajjeb jew ħażin ser ikun qed jitħallas minn dawk li ġejjin warajna. Cutajar temm jgħid li l-poplu Malti għandu l-obbligu li kif aħna magħrufin għall-indafa li kapaċi nżommu mill-għatba ‘l ġewwa tad-djar tagħna daqstant ieħor aħna d-dover li nżommu nadif anke it-toroq tagħna , il-ġonna kif ukoll il-wesgħat pubbliċi. Huwa kundannabbli u bla riservi kull darba li jitwettaq xi forma ta’ vandaliżmu u sfreġju ambjentali kif ukoll meta individwi b’mod irresponsabbli jarmu skart ta’ kull tip bl-addoċċ barra.

Dawk li jixtiequ jipparteċipaw f’din l-inizjattiva jistgħu jibagħtu messaġġ fuq 79262101 bid-dettalji tagħhom.