Lokali

Tfajla ta’ 23 sena tinstab mejta f’appartament fir-Rabat, Għawdex

L-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex

Tfajla ta’ 23 sena nstabet mixħuta mal-art f’appartament li jinsab fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex.

Is-sejba saret għall-ħabta tas-13:15 meta l-Pulizija daħlulha rapport li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. Fil-post intalbet ukoll l-assistenza medika, fejn waslet ambulanza, iżda t-tfajla, li hi Niġerjana, kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, waqt li nfetħet inkjesta li qed titmexxa’ mill-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-ewwel indikazzjonijiet s’issa juru li m’hemmx involviment ta’ terzi persuni f’dan il-każ.