Internazzjonali

Ryanair tħassar 250 titjira madwar l-Ewropa

Għexieren ta’ eluf ta’ passiġġieri li bbukkjaw it-titjiriet mal-linja Ryanair, kienu qed jikkonfrontaw taqlib u kaos wara li tħassru talanqas 250 titjira minħabba sensiela ta’ azzjonijiet industrijali.

Il-membri tal-cabin crew u l-bdoti fil-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall u Spanja waqfu mix-xogħol waqt tilwima rigward il-kuntratti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Mill-ajruport ta’ Stansted, li hu l-akbar hub tar-Ryanair fl-Ewropa, tħassru madwar 20 titjira.

Il-unions qed jinsistu biex is-staff tar-Ryanair jingħataw il-kuntratti skont il-liġijiet tal-pajjiżi fejn qed jgħixu aktar milli kuntratti taħt il-liġi tal-Irlanda.