Lokali

Ċiklist Awstraljan jinstab f’għadira demm

Ċiklist Awstraljan ta’ 45 sena mill-Isla kellu jiittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident li seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu fit-Triq Lapsi, is-Siġġiewi. Minn rapporti li saru jidher li r-raġel instab mixħut mal-art fil-ġenb tat-triq f’għadira demm bir-rota maġenbu. Dan wara li hu ntlaqat minn vettura.

Iċ-ċiklist ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.