Lokali

“Inħarsu ‘l quddiem lejn partit, soċjetà u Gvern li jimpurtahom’ – il-Kap tal-PN Adrian Delia

F’pajjiżna għandna diversi persuni, minn oqsma differenti tas-soċjetà li għaddejjin minn diversi sfidi ‘lil hinn mill-għajn tal-midja jew tal-kumplament tal-poplu. Minkejja dan il-Partit Nazzjonalista jrid jirrappreżenta wkoll u jaqbeż għal dawn il-persuni.

Iddikajra dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt indirizz tiegħu matul il-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema ‘Soċjetà li Jimpurtaha’.

“Inħarsu ‘l quddiem li dan il-pajjiż ikollu soċjetà, partit u wkoll Gvern li jkunu leħen tan-nies, qrib in-nies biex nisimgħuhom u nibqgħu nitkellmu bil-leħen tal-poplu,” iddikjara Adrian Delia. Din hi maratona mill-aktar importanti għall-Partit Nazzjonalista lejlet li jimbarka fuq kampanja elettorali b’rabta mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u anki għall-Kunsill Lokali skedati li jsiru f’Mejju li ġej.

Il-maratona ġbir ta’ fondi taħbat ukoll lejliet il-bidu ta’ skeda ġdida ta’ Net Television, bil-fondi miġbura li se jsostnu l-investiment importanti li qed isir biex din l-iskeda tolqot lill-udjenzi kollha bi prodott ta’ kwalità.