Sport Sport Ieħor

Stephen Vella jirbaħ it-trofew Marfel tat-trap

Stephen Vella rebaħ it-trofew Marfel tat-trap li kien organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Dan l-avveniment kien fuq 50 plattina, bl-ewwel sitt tiraturi jikkwalifikaw għall-istadji finali.

Vella rebaħ il-finali kontra Gianluca Chetcuti hekk kif fil-finali laqat 39 plattina, ħamsa aktar miż-żagħżugħ Chetcuti. Chris Farrugia kiseb post fuq il-podju.

Eugenio Borg, George Mifsud u Chris Vella kienu t-tliet tiraturi l-oħra li kkwalifikaw għall-finali. Chris Vella temm fis-sitt post wara li kien eliminat fl-ewwel rawnd meta laqat 16-il plattina. Eugenio Borg kien eliminat fir-rawnd ta’ wara, b’George Mifsud itemm fir-raba’ post.

Klassi A – George Mifsud 42/50 , Gianluca Chetcuti 41/50 , Stephen Vella 41/50

Klassi B – Chris Vella 42/50 , John Marmara 36/50 , Carmel Grech 34/50

Klassi Ċ – George Grech 36/50 , Charles Demanuele 35/50 , Mario Gauci 32/50

Tags