Lokali Parlament

L-għaqdiet volontarji għandhom jaħdmu fuq pjattaformi flimkien

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex l-għaqdiet volontarji jikkoperaw flimkien fuq pjattaformi komuni.

Fil-parlament hi semmiet il-ħidma tal-Volserv fis-settur tas-saħħa u qalet li dawn jagħmlu ħafna xogħol ta’ fejda. Hi appellat biex l-għaqdiet volontarji jingħaqdu f’diversi pjatformi kif qed isir fil-cancer platform u fis-setturi tal-integrazzjoni tal-immigranti. Id-deputati għandhom obbligi li jgħinu lill-għaqdiet volontarji mingħajr daqq ta’ trombi.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-aspett finanzjarju u qalet li minħabba l-MCF hemm għaqdiet volontarji oħra li għandhom ikunu mgħejjuna mis-settur privat. Dan fil-kuntest tar-responsabbiltà soċjali.

Claudette Buttigieg appoġġjat lill-għaqdiet volontarji li qed jitkellmu dwar il-vjolenza domestika u appellat biex dawn l-għaqdiet li jitkellmu favur l-ugwlajanza jingħaqdu flimkien. Dawn l-għaqdiet m’għandhomx ikunu attakki meta qed isir tant ġid.