Lokali Parlament

3840 talba għall-akkomodazzjoni soċjali

Jirriżulta li quddiem l-Awtrità tad-Djar hemm 3840 talba għall-akkomodazzjoni soċjali. Dan intqal mill-Ministru Michael Falzon meta wieġeb mistqosija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali quddiem l-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti. Hu staqsa wkoll kemm minn dawn it-talbiet huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra.

Il-Ministru Michael Falzon qal li sal-lum, l-Awtorità tad-Djar għandha 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. Hemm ukoll 549 talba oħra biex l-inkwilini ibiddlu l-post tagħhom ma’ post ieħor. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Tags