Lokali

Etijopjan ferut wara ħabta bejn tliet karozzi

Raġel ta’ 33 sena mill-Etjopja ittieħed l-isptar wara li nqaleb bil-karozza. Ir-raġel hu residenti l-Ħamrun.

Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tas-6am fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa, kienu nvoluti karozza oħra u trailor. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Etjopjan l-isptar għall-kura.

It-trailer kien misjuq minn raġel ta’ 39 sena miż-Żurrieq filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.

Filwaqt li dawn iż-żewġ xufiera ma weġġgħux, il-kundizzjoni tal-Etjopjan għadha mhux magħrufa.