Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi se ġġorr il-bandiera Maltija fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ

Francesca Curmi tirċievi l-bandiera Maltija mingħand id-Direttur tal-Isport Ivan Balzan

It-tennista Francesca Curmi ntgħażlet biex iġġorr il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ li se jsir is-Sibt 6 ta’ Ottubru fl-Obelisco de Buenos Aires, monument u ikona storiku nazzjonali fil-kapitali Arġentina ta’ Buenos Aires.

Malta se tkun rappreżentata minn erba’ atleti. Jacob El Aida Chaffey se jikkompeti fl-atletika fil-200 metru, Rudi Spiteri se jieħu sehem fil-50 metru freestyle u fil-50 metru butterfly tal-għawm, Shelby Mangion Vassallo se tikkompeti fil-weightlifting u Francesca Curmi se tieħu sehem fit-tennis.

L-atleti Maltin se jingħaqdu ma’ eluf ta’ atleti li se jirrappreżentaw madwar 156 pajjiż biex jipparteċipaw fit-tielet edizzjoni tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ. Il-kontinġent Malti se jkun immexxi mid-Direttur tal-Isport Ivan Balzan li se jkun fl-irwol ta’ Chef de Mission.

L-iskeda tal-atleti Maltin

8 ta’ Ottubru               Francesca Curmi

9 ta’ Ottubru               Rudi Spiteri

10 ta’ Ottubru             Rudi Spiteri

12 ta’ Ottubru             Shelby Mangion Vassallo

13 ta’ Ottubru             Jacob El Aida Chaffey