Futbol Sport

L-istaġun tal-MAFA jibda s-Sibt li ġej bit-trofew Joe Compagno

Is-Sibt li ġej jibda l-istaġun tal-Malta Amateur Football Association magħrufa aħjar bħala l-MAFA, meta ċ-champions renjanti Valletta St Pauls jilagħbu fit-trofew Joe Compagno kontra r-rebbieħa tal-kompetizzjoni knock-out Marsa St Michael.

Dawn iż-żewġ timijiet m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni minħabba li serqu x-xena f’dawn l-aħħar snin u bħas-soltu mistennija logħba missielta. Valletta St Pauls rebħu l-kampjonat 2017-2018 b’mod mistħoqq meta kisbu punti massimi minn tmien logħbiet. Marsa St Michael, li spiċċaw fit-tieni post fl-istaġun li għadda, kellhom il-konsolazzjoni li rebħu l-kompetizzjoni knock-out li tant kienu tajbin fiha.

Sadanittant matul dan ix-xahar jingħata bidu għall-istaġun tal-MAFA fejn din is-sena żdiedu tliet timijiet ġodda li huma Żurrieq Sunrise, Marsaxlokk AFC u Balzan Youths biex b’hekk issa ser ikun hemm erbatax-il klabb jikkompetu u li eventwalment ġew maqsuma f’żewġ diviżjonijiet.

Fl-ewwel diviżjoni t-timijiet parteċipanti huma Naxxar Victorians, Tal-Qroqq Versity, Marsa St Michael, San Ġiljan Saints, Mosta Vikings, Qormi Hotspurs u Valletta St Pauls. Fit-tieni diviżjoni insibu lil Valletta Stars, Żurrieq Sunrise, Mosta Vikings, Marsaxlokk AFC, Balzan Youths, Fleur de Lys CFK u Mqabba Albions.

Joe Compagno Cup

Is-Sibt 6 ta’ Ottubru

Santa Lucia Ground

Valletta SP v Marsa SM          4.00pm

L-Ewwel Diviżjoni

L-ewwel ġurnata

Is-Sibt 13 ta’ Ottubru

Naxxar V. v San Ġiljan S.

Tal-Qroqq V. v Senglea G.

Marsa SM v Qormi H.

Tags