Sport Sport Ieħor

Serena Williams kontra Roger Federer fit-Tazza Hopman

Serena Williams mistennija tilgħab kontra Roger Federer fl-ewwel avveniment tal-2019 hekk kif l-Istati Uniti se tilgħab kontra l-Iżvizzera fil-mixed doubles tat-Tazza Hopman.

Williams li għandha 37 sena, għadha ma kinitx fl-azzjoni mill-finali kontroversjali tal-Open tal-Istati Uniti li kienet tilfet kontra Naomi Osaka x-xahar l-ieħor. It-23 darba rebbieħa ta’ Grand Slam se tilgħab flimkien ma’ Frances Tiafoe, filwaqt li mal-20 darba rebbieħ ta’ Grand Slam se jerġa’ jkun ma’ Belinda Bencic, bit-tama li jiddefendi t-titlu.

“Il-partitarji Awstraljani dejjem jagħtu s-sapport u t-Tazza Hopman dejjem tagħtini bidu tajjeb għall-istaġun, speċjalment qabel l-Open tal-Awstralja. Williams se tilgħab fl-Awstralja għall-ewwel darba minn meta rebħet l-Open tal-Awstralja s-sena l-oħra meta kienet tmien ġimgħat tqila. Hi tilfet l-edizzjoni ta’ din is-sena minħabba li ma kinitx għadha fiżikament tajba biex tirritorna wara li t-twelid tat-tifla tagħha Olympia.

It-tournament jara tmien nazzjonijiet maqsuma f’żewġ gruppi, bit-timijiet jilagħbu kontra xulxin f’logħba tal-irġiel, logħba tan-nisa u logħba rġiel u nisa flimkien. Kull tim jilgħab kontra t-tliet timijiet l-oħra fil-grupp, u min jispiċċa l-ewwel fil-grupp jikkontesta l-finali. L-Istati Uniti għandha tilgħab kontra l-Iżvizzera fl-ewwel jum tal-2019 fi Grupp B.

It-Tazza Hopman tibda fid-29 ta’ Diċembru sal-5 ta’ Jannar, bl-Open tal-Awstralja tal-2019 isir bejn l-14 u s-27 ta’ Jannar.

Grupp A

Franza – Lucas Pouille u Alize Cornet

Spanja – David Ferer u Garbine Muguruza

Ġermanja – Alexander Zverev u Angelique Kerber

Awstralja – Matt Ebden u Ashleigh Barty

Grupp B

Gran Britannja – Cameron Norrie u Katie Boulter

Greċja – Stefano Tsitsipas u Maria Sakkari

Żvizzera – Roger Federer u Belinda Bencic

Stati Uniti – Frances Tiafoe u Serena WilliamsTop of Form

 

Tags