Sport Sport Ieħor

TENNIS-CHINA OPEN: Kerber eliminata, b’Osaka tgħaddi għall-kwarti-finali

It-tennista Ġermaniża u tieni seed, Angelique Kerber, sfat eliminata mit-tournament taċ-China Open wara li tilfet fi tliet sets kontra ċ-Ċiniża, Zhang Shuai.

Kerber, iċ-champion ta’ Wimbledon, rebħet biss seba’ punti fit-tielet sett u kellha tbaxxi rasha quddiem Shuai, li qed tokkupa l-45 post fir-rankings tad-dinja, u li ħarġet rebbieħa bil-punteġġ ta’ 6-1, 2-6 u 6-0.

Issa, Zhang Shuai se tikkonfronta lill-Ġappuniża, Naomi Osaka, fil-kwarti-finali ta’ din il-kompetizzjoni, Osaka, iċ-champion tal-US Open, ma kellhiex diffikultà biex tegħleb l-isfida ta’ Julia Gorges, tal-Ġermanja, bil-punteġġ 6-1 u 6-2.