Lokali

Tmut l-attriċi ta’ Santa Monika Doris Bonello

Ħafna segwaċi ta’ Net Television qamu maħsuda dalgħodu hekk kif ħarġet l-aħbar illi mietet Doris Bonello – attriċi popolari li kellha sehem ewlieni fis-serje Santa Monika.

Hi kienet waħda minn ħames atturi li kienu f’Santa Monika mill-2005, sal-aħħar episodju fl-2018.

Doris kellha wkoll partijiet oħrajn fuq it-televiżjoni, inkluż fid-drama Grammi.

Fuq il-media soċjali ħafna esprimew ix-xokk tagħhom għal din l-aħbar.

Doris Bonello kellha 57 sena.