Lokali

Evakwati minn nirien fil-Ħamrun

Żewġ persuni fosthom anzjan ta’ 81 sena ttieħdu l-isptar wara nirien li ħakmu dar fil-Ħamrun. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:15pm fi Triq Monsinjur De Piro.

Fil-post issejħet ambulanza u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili illi ikkontrollaw in-nirien.

Jidher li uħud mir-residenti kellhom jitniżżlu mill-gallarija permezz tal-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, minħabba n-nirien u d-dħaħen f’din ir-residenza.

Ħadd ma weġġa’ serjament.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.