Lokali

Pink October: għarfien, screening, riċerka u kuraġġ

Fl-okkażjoni ta’ Pink October, il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) qed iħeġġeġ għall-għarfien aħjar dwar il-marda tal-kanċer tas-sider li sfortunatament huwa tant komuni fin-nisa Maltin.

Għaldaqstant appella sabiex iktar nisa jagħmlu użu mill-programmi nazzjonali tal-breast screening li ilhom li ġew introdotti sabiex kemm jista’ jkun titnaqqas l-inċidenza tal-marda fostna.

Fl-istess ħin, l-MNPN esprima solidarjetà mal-persuni kollha milquta mill-marda u mal-familji tagħhom u jagħmlilhom kuraġġ biex jegħlbuha.

L-MNPN ħeġġew ukoll għal iktar riċerka sabiex din il-marda tiġi meqruda darba għal dejjem.