Futbol Sport

RITRATTI: Tliet gowls jagħtu l-ewwel rebħa lil Pietà

(Ritratt: Joseph Galea)

PIETÀ HOTSPURS………….. 3   MOSTA……………………….. 1

Pietà: N. Vella , T. Ose, T. Bartolo (C. Degabriele 88’), N. Pace Cocks, P. Chimezie, J. Busuttil, J. Artiaga, C. Grech, S. Nakamura, I. Jalo, O. Macedo.

Mosta: A. Vella, A. De Cerchio (K. Zammit 70’), K. Hirose (D. Xuereb 85’), M. Sammartino, T. Farrugia, S. Bonnici, M. Vicaroni (J. Brincat 45’), Z. Brincat, J. Cisotti, P. Romeu, F.Samb

Imwissija: S. Nakamura 20’, J. Cisotti 57’, O. Takaki 60’ (P), A. De Cerchio 30’, T. Bartolo 45’, T. Farrugia 68’, F.Samb  74’ (M)

Skorjaw: S. Nakamura 33’, A. Machedo Neto 35’, P. Chimezie 85’ (P), A. De Cerchio 61’ (M)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Thomas Debono, Duncan Spenecer

In-Nazzjon Plejer tal-logħba:  Shunsuke Nakamura (Pietà Hotspurs)

Rapport: James Aaron Ellul

Pietà ma naqsux milli jaħtfu l-azzjonijiet tagħhom, u jaħtfu l-opportunità li jieħdu l-ewwel tliet punti tagħhom fil-kampjonat, kontra tim li tul il-logħba ddiżappunta bi ftit kreattività speċjalment wara li falla penalty u b’żewġ azzjonijet il-ballun jaħbtu mal-lasta.

Wara bidu kajman, l-ewwel azzjoni tal-partita waslet fit-tmien minuta logħob minn Mosta meta daqqa ta’ ras ta’ Vicaroni ħabtet mal-wieqfa b’Vella jmiss il-ballun, iżda madankollu l-konfuzjoni fil-kaxxa ma naqsitx b’Pietà jtajru l-ballun ‘il fuq.

Reazzjoni minn Pietà waslet għaxar minuti wara, b’Jan Busuttil mil-lemin qassam għan-nofs b’Chimezie naqas milli jħalli impatt. Pietà marru fil-vantaġġ permezz ta’ SHUNSUKE NAKAMURA b’xutt bid-dawra, wara clearence xejn konvinta minn Mosta minn korner. Żewġ minuti wara ANTONIO MACHEDO NETO rdoppja għal Pietà, b’Nakamura mill-ġdid ikun il-protagonist fejn kien hu li qassam il-ballun.

Sebgħa u tletin minuta logħob u Mosta mill-ġdid jolqtu l-lasta b’xutt b’saħħtu minn Cisotti, madankollu Pietà ħelsuha ħafif. Tliet minuti wara, Grech ta’ Pietà miss il-ballun b’idu bir-referee jordna penalty, iżda mill-11-il metru Mosta naqsu milli jieħdu vantaġġ, b’xutt ħafif ta’ Samb li ma ħoloq l-ebda problema lil Vella.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet mas-siegħa logħob b’Takaki jwaqqa’ lil Samb fil-kaxxa, bit-tieni penalty jiġi ordnat. Mill-11-il metru din id-darba ALESSIO DE CERCHIO ma fallied biex daħħal lil Mosta fil-partita. Erbatax-il minuta wara, xutt fil-baxx ta’ Chimezie ħabbat ftit lil Vella, madankollu ma kien tal-ebda periklu.

Pietà għalqu l-logħba fil-85 minuta, b’PAUL CHIMEZIE jqabbeż il-ballun minn fuq id-difensur, u b’xutt baxx għeleb lill-gowlkiper għat-tielet gowl tal-blues, b’din tkun l-aħħar azzjoni denja tal-partita.

(Ritratti: Joseph Galea)